Home
Profile
Articles
News
Constituency
Gallery
Contact


.
 
 

Edukazjoni Viziva

F’dawn l-ahhar granet, kulhadd sema fuq il-mezzi tax-xandir, bil-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-MUT ‘Malta union of teachers’. Ftehim illi ser isahhah l-irwol ta’ kull min jahdem fil-qasam ta’ l-edukazjoni f’pajjizna. Min jghati harsa lejn dan il-ftehim mill-ewwel jifhem illi kemm il-gvern kif ukoll l-MUT irrikonoxxew illi kull min jahdem f’dan is settur ghandu ikollu rwol partikolari u jithallas b’paga adattata ghax xoghol li jghamel.

L-ghodda.

Kemm huma utli l-ghodda. Niehu ezempju ta’ Bajjad. Bajjad jekk ma jkollux pinzell tajjeb ghalxejn jamel hiltu biex it-tibjid jigih sew ghax ghalxejn, l-istess nghid ghal min iwehhel il-madum. Jista jkollok l-aqwa madum u hafna esperjenza, izda jekk ma jkollux invell tajjeb il-madum ma jigix livell.
l-istess l-ghalliem. Ghalliem minghajr ghodda ma jistax jghamel dmiru sewwa. Ghalliem l-ewwel u qabel kollox irid ikollu il-karizma. Karizma hija dik il-hegga u pacenzja li tghallem lil student, u jekk hemm bzonn tirrepeti mitt darba sakemm wiehed jifhem.

Jien bhala ghalliem inhobb insemmi din l-istorja. Elfejn sena ilu it-tfal kienu jitghalmu billi l-ghalliem kien ihazzez b’subajh u jispjega fil-hamrija, Illum jezisti il-board illi fuqu jikteb l-ghalliem. L-affarijiet ma nbidlux wisq min dak li kien jigri eluf ta’ snin ilu. Sakemm dahal il computer fl-iskejjel taghna.

Il-Computer qeleb id-dinja edukattiva ta’ taht fuq. Ghaxar snin ilu meta jien kont student tal form 5, il-computer kont deja issibu f’bosta skejjel u kien ghadu kif beda l-internet. Illum 10 snin wara sehhet rivoluzzjoni. Hafna tfal illum min eta zghira ikunu deja jafu ihaddmu il-computer. U dan grazzi ghal investiment li gvern nazzjonalista ghamel b’computers fl-iskejjek kollha ta l-Istat. U issa b’dan il-ftehim il-gdid ser jitpoggew iktar computers fl-iskejjel kif ukoll fil-Kindergarten.

Opportunitajiet li joholqu Sfida.

Huwa kollu minnhu li l-Computer bidel hafna il-mod kif nghixu, biss inhoss li qed toqrob sfida kbira quddiemna. Resqin lejn l-era ta’ l-informatika.. Min Esperjenza li ghandi, issib tfal li ma jridux jafu bi skola. Jigu l-iskola kontra qalbhom u min dawn ghandhom jinstabu hafna, biss haga ta l-iskantament dawn l-istess studenti ikunu jafu juzaw l-MSN biex jiccetjaw ma shabhom ikunu jafu juzaw l-internet biex ifittxu.

Mela f’idejna ghandha ghodda li huwa il computer li nistghu nuzawh biex inqarrbu lejna dawk it-tfal li ma jkunux iridu ikunu jafu bi skola.

Illum jezistu hafna websites fejn it tfal jistghu jitghalmu. Jezistu hafna videos edukativi fuq il website YouTube, dokumentarji u websites ohrajn li jistghu ikunu biss ta’ Gid. B’hekk bis-sahha ta’dawn l-ghodda attrajenti, nigbdu l-attenzjoni lit-tfal biex inqarbuwhom izjed lejn l-edukazjoni.

Bhal ma jghid il-Malti. Bil-kelma it tajba johrog il-far mit toqba.

Leli Agius
Kandidat Elezzjoni Generali 7 Distrett.
www.leliagius.com

Published on In-Nazzjoni - Wednesday 13th June 2007

Website Designed and Hosted by:
Storm Design (Malta) - http://www.storm-design.net
All designs (C) Storm Design 1999/2006 - Pictures and Content (c) all respective authors