|
Edukazjoni Viziva
F’dawn l-ahhar granet, kulhadd sema fuq il-mezzi tax-xandir,
bil-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-MUT ‘Malta union of
teachers’. Ftehim illi ser isahhah l-irwol ta’ kull min
jahdem fil-qasam ta’ l-edukazjoni f’pajjizna. Min jghati
harsa lejn dan il-ftehim mill-ewwel jifhem illi kemm
il-gvern kif ukoll l-MUT irrikonoxxew illi kull min jahdem
f’dan is settur ghandu ikollu rwol partikolari u jithallas
b’paga adattata ghax xoghol li jghamel.
L-ghodda.
Kemm huma utli l-ghodda. Niehu ezempju ta’ Bajjad. Bajjad
jekk ma jkollux pinzell tajjeb ghalxejn jamel hiltu biex it-tibjid
jigih sew ghax ghalxejn, l-istess nghid ghal min iwehhel
il-madum. Jista jkollok l-aqwa madum u hafna esperjenza,
izda jekk ma jkollux invell tajjeb il-madum ma jigix livell.
l-istess l-ghalliem. Ghalliem minghajr ghodda ma jistax
jghamel dmiru sewwa. Ghalliem l-ewwel u qabel kollox irid
ikollu il-karizma. Karizma hija dik il-hegga u pacenzja li
tghallem lil student, u jekk hemm bzonn tirrepeti mitt darba
sakemm wiehed jifhem.
Jien bhala ghalliem inhobb insemmi din l-istorja. Elfejn
sena ilu it-tfal kienu jitghalmu billi l-ghalliem kien
ihazzez b’subajh u jispjega fil-hamrija, Illum jezisti il-board
illi fuqu jikteb l-ghalliem. L-affarijiet ma nbidlux wisq
min dak li kien jigri eluf ta’ snin ilu. Sakemm dahal il
computer fl-iskejjel taghna.
Il-Computer qeleb id-dinja edukattiva ta’ taht fuq. Ghaxar
snin ilu meta jien kont student tal form 5, il-computer kont
deja issibu f’bosta skejjel u kien ghadu kif beda
l-internet. Illum 10 snin wara sehhet rivoluzzjoni. Hafna
tfal illum min eta zghira ikunu deja jafu ihaddmu il-computer.
U dan grazzi ghal investiment li gvern nazzjonalista ghamel
b’computers fl-iskejjek kollha ta l-Istat. U issa b’dan
il-ftehim il-gdid ser jitpoggew iktar computers fl-iskejjel
kif ukoll fil-Kindergarten.
Opportunitajiet li joholqu Sfida.
Huwa kollu minnhu li l-Computer bidel hafna il-mod kif
nghixu, biss inhoss li qed toqrob sfida kbira quddiemna.
Resqin lejn l-era ta’ l-informatika.. Min Esperjenza li
ghandi, issib tfal li ma jridux jafu bi skola. Jigu l-iskola
kontra qalbhom u min dawn ghandhom jinstabu hafna, biss haga
ta l-iskantament dawn l-istess studenti ikunu jafu juzaw
l-MSN biex jiccetjaw ma shabhom ikunu jafu juzaw l-internet
biex ifittxu.
Mela f’idejna ghandha ghodda li huwa il computer li nistghu
nuzawh biex inqarrbu lejna dawk it-tfal li ma jkunux iridu
ikunu jafu bi skola.
Illum jezistu hafna websites fejn it tfal jistghu jitghalmu.
Jezistu hafna videos edukativi fuq il website YouTube,
dokumentarji u websites ohrajn li jistghu ikunu biss ta’ Gid.
B’hekk bis-sahha ta’dawn l-ghodda attrajenti, nigbdu l-attenzjoni
lit-tfal biex inqarbuwhom izjed lejn l-edukazjoni.
Bhal ma jghid il-Malti. Bil-kelma it tajba johrog il-far mit
toqba.
Leli Agius
Kandidat Elezzjoni Generali 7 Distrett.
www.leliagius.com
Published on In-Nazzjoni - August 2007 |